Gary Neville Yy žr Jj a1 Qq91;h Ica,Uu f l% Oo p ZDOAF
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Gary Neville | ||
Twelid | 18 ta' Frar 1975 Bury | ||
Pajjiż | Ingilterra | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Manchester United | ||
Numru | 2 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1991–1992 | Manchester United | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1992–2011 | Manchester United | 400 | (5) |
Tim nazzjonali | |||
1995–2007 | Ingilterra | 85 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 1:26, 2 ta' Marzu 2013 (UTC) |
Gary Neville (Bury, 18 ta' Frar 1975) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li lagħab bħala difensur lemini. Neville beda l-karriera tiegħu mat-tim minn Old Trafford, Manchester United, fejn għadu parti minn dan il-klabb. Id-debutt internazzjonali wasal fl-1995 u għal aktar minn għaxar snin hu kien l-ewwel għażla fuq il-faxxa leminija tad-difiża għall-klabb u anki għall-pajjiż.
Hu għandu ħuh, Phil Neville, li jilgħab mat-tim ta' Everton fil-Premier League, wara li qatta' mill-1993 sal-2005 mat-tim ta' Manchester United.
Werrej
- 1 Karriera
- 2 Internazzjonali
- 3 Unuri
- 3.1 Klabb
- 3.2 Individwali
- 4 Referenzi
- 5 Ħoloq esterni
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Gary Neville iddebutta mat-tim ta' United f'Settembru 1992 kontra Torpedo Moscow fit-Tazza UEFA. Gary kien fost il-komponenti tal-iskwadra żagħżugħa tas-snin disgħin ta' Alex Ferguson li kienet tinkludi lil ħuh Phil, Ryan Giggs, David Beckham, Nicky Butt u Paul Scholes, magħrufin bħala Fergie's Fledglings. Mill-istaġun 1994–95 sar figura regulari mal-ewwel tim, minħabba l-problemi fiżiċi li laqtu lil Paul Parker.
F'Diċembru tal-2005, Gary inħatar il-kaptan il-ġdid ta' Manchester United, wara t-tluq ta' Roy Keane.
F'Jannar tal-2006, l-azzjonijiet tiegħu kienu suġġett għal kontroversja bejn il-partitarji ta' Manchester United u dawk ta' Liverpool, avversarji storiċi tar-Red Devils. Wara l-gowl ta' Rio Ferdinand fid-90 minuta, Neville mar jiċċelebra taħt is-settur tal-partitarji ta' Liverpool li kienu f'Old Trafford. Dawn il-ġesti kienu kkritikati mill-plejer ta' Liverpool Jamie Carragher, sezzjonijiet tal-istampa, u anki mill-pulizija li tawh it-tort talli ħoloq inkwiet bejn il-partitarji fil-logħba. Sussegwentament, hu ġie immultat mill-Football Association. Neville ikkontesta din id-deċiżjoni, però kien xorta waħda immultat £5,000 u mwiddeb fuq il-kondotta tal-futur.
Sa issa, Gary Neville rebaħ tmien titli tal-Premiership, tliet FA Cups, żewġ Champions Leagues, Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Klabbs u League Cup, fejn din tal-aħħar kien l-ewwel trofew bħala kaptan.
Fid-9 ta' April 2008, Nevilla għamel ir-ritorn tant mistenni kontra Roma fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League f'Old Trafford meta ssostitwixxa lil Anderson. Neville kien milqugħ lura fil-grawnd permezz ta' ovazzjoni kbira mis-sostenituri, u mal-ewwel ingħata l-faxxa tal-kaptan. Din kienet id-99 dehra ta' Neville fiċ-Champions League.
Neville beda l-ewwel partita fi sbatax-il xahar meta mexxa lil Manchester United għar-rebħ tal-FA Community Shield kontra Portsmourth, fl-10 ta' Awwissu 2008. Fil-21 ta' Settembru 2008, Neville beda l-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat għal madwar tmintax-il xahar meta lagħab kontra Chelsea. F'Ġunju tal-2009 estenda l-kuntratt li se jżommu mal-klabb sal-2013.[1]
Nhar it-28 ta' Frar, 2010, daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima tal-finali tal-League Cup kontra Aston Villa, li United rebħu bl-iskor ta' 2–1. Wara serje ta' problemi fiżiċi li tappnu l-involviment regulari tiegħu mal-ewwel tim, f'Settembru 2010 iddeċieda li ma jibqax aktar kaptan tat-tim biex il-faxxa titieħħed minn plejers li huma involuti iktar b'mod regulari fit-tim bħal Rio Ferdinand, Nemanja Vidić jew Patrice Evra. Fit-2 ta' Frar, 2011, ħabbar li rtira għal kollox mill-futbol milgħub.[2]
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Gary Neville għamel id-debutt mat-tim nazzjonali Ingliż fl-1995, fejn kien issostitwixxa lil Terry Venables f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġappun. Hu kien id-difensur lemini regulari tat-tim nazzjonali, fejn lagħab għal ħames kowċis differenti. Hu kien l-uniku plejer 'il fuq minn 30 sena li kien magħżul fl-ewwel tim ta' Steve McClaren fl-2006, wara li David Beckham, David James u Sol Campbell ma ġewx imsejħa.
Fl-1996 sar l-iktar plejer żagħżugħ li pparteċipa fil-Kampjonati Ewropej 1996, fejn lagħab fil-partiti kollha minbarra s-semifinali minħabba skwalifika. Ħa sehem ukoll fit-Tazza tad-Dinja 1998 u fil-Kampjonati Ewropej 2000. Ix-xewqat li jilgħab fit-Tazza tad-Dinja 2002 sfumaw hekk kif kiser saqajh, imma hu mal-ewwel irritorna lura fl-iskwadra u kien regulari anki waqt il-Kampjonati Ewropej 2004.
Neville tilef l-aħħar stadji ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2006 minħabba uġigħ. Hu rritorna mat-tim Ingliż f'Marzu 2006 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Urugwaj.
Kif kien mistenni, Neville kien magħżul għal mal-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja 2006. Hu lagħab fin-naħa leminija tad-difiża fil-partita ta' ftuħ ta' Grupp B kontra l-Paragwaj. Madanakollu, Neville weġġa' l-parti ta' wara ta' saqajh taħt l-irkoppa waqt taħriġ filgħaxija qabel it-tieni logħba tat-tim kontra t-Trinidad u Tobago. Hu kien imġiegħel jitlef il-logħba, l-aħħar partita tal-fażi tal-grupp kontra l-Iżvezja u l-logħba kontra l-Ekwador fir-rawnd tal-aħħar sittax.
Wara l-eliminazzjoni kontra l-Portugall Gary Neville iddeċieda li jkompli l-avventura mat-tim nazzjonali. Kien anki kandidat biex jakkwista l-faxxa ta' kaptan flimkien ma' Steven Gerrard u John Terry, bil-faxxa tingħata lil dan tal-aħħar.
Fil-11 ta' Ottubru, 2006, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 Gary Neville skorja awtogowl, it-tieni wieħed fil-karriera tiegħu. Fis-7 ta' Frar, 2007 Gary Neville kiseb il-85 preżenza mat-tim nazzjonali f'logħba ta' ħbiberija kontra Spanja, fejn laħaq ir-rekord ta' Kenny Sansom. Dan ir-rekord kien mistenni li jegħlbu fil-partiti kontra l-Andorra u l-Iżrael, imma kellu jieqaf għal madwar disa' xhur.
Neville iżomm xi rekords miksub mat-tim nazzjonali:
- Fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja li ntlagħbet f'Leeds fl-2002, Gary ittotalizza l-preżenza numru 51 fejn għeleb ir-rekord ta' difensur lemini tal-passat, Phil Neal.
- Il-ħdax-il apparenza fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej (tliet edizzjonijiet) huma rekord.
- Bħal Jack u Bobby Charlton, anki Gary Neville u ħuh Phil lagħbu flimkien fit-tim nazzjonali, u għamlu total kombinat ta' 142 apparenza.
- Gary Neville iżomm ir-rekord tal-aktar preżenzi mingħajr ma skorja gowl għat-tim Ingliż. Dan ir-rekord l-inqas prestiġjuż kien miksur fl-2004, fejn qabel kien f'idejn Ray Wilson.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
Manchester United
- FA Premier League: 1995–96, 1996–97, 1998–99, 1999–00, 2000–01, 2002–03, 2006–07, 2007–08, 2008–09
- UEFA Champions League: 1998-99, 2007–08
- Tazza Interkontinentali: 1999
- FA Cup: 1995–96, 1998–99, 2003–04
- League Cup: 2005–06, 2009–10
- FA Community Shield: 1996, 1997, 2008
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2008
- Tazza Interkontinentali: 1999
Individwali[immodifika | immodifika s-sors]
- Tim tas-Sena tal-PFA: 1997, 1998, 1999, 2005, 2007
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) New deal for 'amazing' Neville, ManUtd.com, 20-02-2009. Aċċess tal-URL: 20-02-2009.
- ^ (Ingliż) Neville announces retirement, ManUtd.com, 02-02-2011. Aċċess tal-URL: 02-02-2011.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Gary Neville: Leġġenda
- Profil fuq United Online