George Anthony Frendo XvuWlSs s Kv
L-Isqof George Anthony Frendo (Qormi, 4 ta’ April 1946) huwa patri Duminikan u l-Arċisqof ta' Tirana-Durres, il-kapitali tal-Albanija.
Werrej
- 1 Studji
- 2 Karigi fl-Ordni Dumnikan
- 3 Karigi fl-Arċidjoċesi ta' Malta
- 4 Uffiċċji Ekkleżjastiċi ġewwa l-Albanija
- 5 Awtur
- 6 Arċisqof ta' Tirana-Durres
- 7 Ħoloq esterni
Studji[immodifika | immodifika s-sors]
George Frendo (isem tal-magħmudija Anthony) twieled Ħal Qormi, l-ħames minn sebat' aħwa, fl-4 ta' April 1946.
Wara li temm l-istudji primarji u sekondarji huwa ħaddan l-Ordni tal-Predikaturi (Dumnikan) fl-1962 u s-sena ta' wara għamel l-ewwel professjoni tieghu. Studja l-filosofija u t-tejoloġija fil-Kulleġġ ta' San Tumas t' Akwinu ġewwa r-Rabat, Malta.
Huwa għamel il-professjoni solenni f' April tal-1967, u ġie ordnat saċerdot fis-7 ta' April 1969. Matul dawn is-snin huwa kellu bħala kumpann tal-grupp lil P. Pawl Cremona, illum Arċisqof Emeritu ta' Malta.
Mill-Kulleġġ San Tumas t' Akwinu tar-Rabat huwa kiseb il-Lettorat fit-Tejoloġija bit-teżi Baptism as the Sacrament of Faith in the Doctrine and Practice of the Church. Wara ssokkta l-istudji tiegħu fl-Universita Pontifiċja ta' San Tumas t' Akwinu (Angelicum) ġewwa Ruma fil-fakulta tad-Dritt Kanoniku. Huwa kiseb id-dottorat fid-Dritt Kanoniku bit-teżi: Indissolubility and Divorce in the Theology of Thirteenth Century Scholastics.
Lura Malta beda jgħallem it-tejoloġija dommatika fil-Kulleġġ Dumnikan San Tumas t' Akwinu ġewwa r-Rabat. Fl-istess żmien beda jgħati korsijiet fit-tejoloġija dommatika (Sagramenti tal-Bidu u Eskatoloġija) fil-Fakulta tat-Tejoloġija ta' Malta u kors ieħor fuq l-Atejiżmu Kontemporanju ġewwa s-Seminarju ta' Għawdex. Fl-Albanija huwa għallem it-tejoloġija dwar it-Trinita Mqaddsa u l-Kristoloġija fis-seminarju interdjoċeżan ġewwa Scutari.
Karigi fl-Ordni Dumnikan[immodifika | immodifika s-sors]
1974 – 1979 : Surmast tan-Novizzi u Studenti
1979 – 1981: Pirjol tal-Kunvent ta' G' Manġa
1981 – 1989: Kappillan tal-Parroċċa Madonna ta' Fatima, G' Manġa
1989 – 1997: Provinċjal tal-Provinċja San Piju V, ta' Malta
1992 – 1996: President tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi
Karigi fl-Arċidjoċesi ta' Malta[immodifika | immodifika s-sors]
1974 – 1976: Defensor Vinculi fit-Tribunal tal-Prima Istanza
1976 – 1980: Defensor Vinculi fit-Tribunal Inter-Djoċeżan tas-Seconda Istanza
1980 – 1989: Imħallef fit-Tribunal Inter-Djoċeżan tas-Seconda Istanza
Membru tal-Kummissjoni mwaqqfa mill-Konferenza Episkopali Maltija biex tfassal il-liġijiet komplimentari wara l-promulgazzjoni tal-Kodiċi l-ġdid tad-Dritt Kanoniku.
Uffiċċji Ekkleżjastiċi ġewwa l-Albanija[immodifika | immodifika s-sors]
1997 – 1999: Inkarigat biex tfassal il-liġijiet komplimentari wara l-promulgazzjoni tal-Kodiċi l-ġdid tad-Dritt Kanoniku.
1998 - 2018: Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi Tirana – Durres
1999 – 2005: President tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi ġewwa l-Albanija
2001 – 2006 : Membru tal-Kunsill Ġenerali Ewropew tal-UCESM
2001 – 2006: Vicarius Judicialis tat-Tribunal Inter-Djoċeżan (prima istanza)
Mill-23 ta' Settembru 2006: Isqof Awżiljarju ta' Tirana
Fl-2007 ġie maħtur membru tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-Reliġjuż
Segretarju tal-Konferenza Episkopali tal-Albanija u Amministratur Djoċeżan tal-Arċidjoċesi Tirana – Durres.
Awtur[immodifika | immodifika s-sors]
Huwa awtur ta' Diversi kotba ta' natura dottrinali jew spiritwali (e.g. L-Ewkaristija, is-Sagramenti. Marija Santissma, tlett kotba b' temi differenti bħala tħejjija għall-Ġublew il-Kbir, il-Familja, sintesi tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, Adorazzjonijiet tal-Ewkaristija ecc.)
Ħa sehem f' diversi laqgħat internazzjonali kemm bħala Provinċjal tad-Dumnikani Maltin kif ukoll bħala president tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi f' Malta u fl-Albanija, kif ukoll bħala membru tal-esekuttiv tal-Unio Conferentiarum Europearum Superiorum Maiorum (UCESM) kif ukoll bħala delegate tal-Konferenza Episkopali tal-Albanija.
Arċisqof ta' Tirana-Durres[immodifika | immodifika s-sors]
Papa Franġisku, nhar is-17 ta' Novembru 2016, ħabbar l-għażla ta' Mons Ġorġ Frendo O.P. Isqof Awżiljarju ta' Tirana–Durres, bħala Arċisqof tal-istess Djoċesi, jiġifieri Tirana–Durres ġewwa l-Albanija.
Il-ħatra uffiċjali tiegħu saret nhar is-Sibt 3 ta' Diċembru 2016, fil-Katidral ta` San Pawl ġewwa Triana l-Albanija.
Nhar il-5 ta' Frar 2018, inħatar i-President il-ġdid tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija (KISH).
Dan seħħ waqt il-laqgħa tal-istess konferenza fejn ġie appuntat il-grupp ġdid ta’ mexxejja ta’ din l-unjoni ekkleżjali.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Patri Frendo fuq Catholic-Hierarchy